L-Ark Trijonfali tal-festa ta’ San Publju fil-Floriana, ark li kellu miegħu 120 sena ta’ storja, li iżda sfortunament ingħata n-nar fis-sigħat bikrin tas-27 ta’ April tal-2019.
Propju fil-ġimgħa tal-festa ta’ San Publiju, fil-Knisja tal-Floriana, wieħed seta’ jara esebit l-inkwantru bi preservazzjoni tal-pjanta oriġinali tal-ark ta’ San Publiju – pjanta li fuqha qed jinħadem mill-ġdid l-Ark Trijonfali.
Il-pjanta oriġinali ta’ Giorgio Cassar ġiet preservata sabiex illum wieħed jista’ jgawdi din il-pjanta.
Net News tkellem ma’ Joan Abela, li hija il-President tal-Fondazzjoni tal-Arkivji Notarili li tkelmet magħna dwar din il-kollaborazzjoni ta’ restawr.
Tkellimna wkoll ma’ Maria Borg u Chanelle Briffa… it-tnejn restawraturi tal-karta, u li ħadmu fuq dan il-proġett
Ma’ Net News, tkellem ukoll Antoine Hili li huwa Segretarju tal-Asso1jazzjoni Publiju ta’ Malta fejn tkellem dwar din l-għaqda kif ukoll l-irwol tagħha f’dan il-proġett ta’ preservazzjoni.
Dan ir-restawr ħa madwar sena u nofs u qed jgħin lill-mastraduxxi sabiex ikomplu jaħdmu fuq l-ark il-ġdid, biex ikun replika ta’ dak l-antik illi kien inharaq 3 snin ilu.
//= $special ?>