Nicole Vella u Ron Bonsfield huma r-rebbieħa tas-sitt edizzjoni ta’ Miss and Mister Supranational Malta 2022 – konkors prestiġjuż li ttella’ l-Ġimgħa 29 ta’ April.
Nicole Vella li rrappreżentat il-lokalità tar-Rabat u Ron Bonsfield li rrappreżenta il-lokalità tal-Imġarr, se jingħataw iċ-ċans li jirrappreżentaw lil Malta fil-pageant tas-sbuħija Miss u Mister Supranational li se isir fil-Polonja f’Lulju li ġej fejn b’kollox ser jieħdu sehem 70 pajjiz ieħor, bid-dati finali għadhom iridu jiġu kkonfermati iktar ‘il quddiem.
Fis-sezzjoni femminili, Hayley Ghiller li rrappreżentat il-lokalità tal-Isla kklasifikat fit-tieni post, filwaqt li Janei Desira li rrapreżentat iż-Żejtun ġiet fit-tielet post.
Fis-sezzjoni maskili, Slaven Micallef li rrapprezenta il-lokalita tan-Naxxar klasifika fit-tieni post, filwaqt li Owen Cassar li rraprezenta il-lokalità ta’ Ħaż Żabbar kklasifika fit-tielet post.
Intant, din sena, il-partiċipanti flimkien mal-organizzaturi ta’ dan il-konkors ħadu sehem fi proġett bl-isem ‘From the ground up’ fejn inġabru flus u ikel ghal Foodbank Lifeline Foundation. Filfatt waqt is-serata tħabbar li nġabru €10,000 fi flus u ikel f’xahrejn biex jingħataw lil 300 familja fil-bżonn.