Lokali

“L-għajnuna tal-għoli tal-ħajja mhix biżżejjed”

“Ma nistgħux inlaħqu mal-għoli tal-ħajja, l-għajnuna tal-1.75 mhux isservina. Din hija l-għajta tal-ħaddiem, l-għajta li ilha tasal għandna.”

Sostna dan il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of The Workers Josef Vella meta kienet qed jiġi intervistat waqt il-programm Net Live fejn saħaq li skont stħarriġ imwettaq mill-Unjin stess, xirja bażika ta’ toiletries, oġġetti tal-ħasil u ikel – b’nefqa li tlaħħaq il-€135…diġa’ żdiedet b’€4.

Huwa insista li dan huwa biss il-bażiku, mingħajr ma kien inkluż ix-xiri ta’ ħelu, luminati, alcohol, tabakk jew saħansitra xiri ta’ ħwejjeġ. Għaldaqstant Josef Vella saħaq li meta wieħed jikkalkula l-prezzijiet fuq xirja ikel u prodotti ta’ ħasil biss – l-għajnuna tal-għoli tal-ħajja diġa’ mhux isservi.

Huwa insista li l-problema taż-żieda fil-prezzijiet mhux qed taffettwa biss lill-aktar vulnerabbli.

Josef Vella insista li l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern mhux biżżejjed, u jekk ha jipponta li jżidha…għandu ċertament iżida aktar. Filwaqt illi saħaq li l-inflazzjoni qed tolqot il-but ta’ kulħadd.

Il-Kap E’ekuttiv tal-UHM insista li ċ-ċekk tal-mitt ewro żgur li mhux biżejjed biex jgħin liċ-ċittadin fir-rigward tal-għoli tal-ħajja.

Tags