Futbol Sport

Liverpool u Man City jkomplu jirbħu

Liverpool komplew bit-taqtigħa tagħhom għar-rebħ tal-Premier League meta barra minn darhom kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 kontra Newcastle, tim li jinsab f’forma mill-aqwa. Il-gowl uniku ta’ Liverpool kien skorjat fid-19-il minuta meta Naby Keita bidel tajjeb il-ballun ma’ Diogo Jota qabel għeleb lil Martin Dubravka għal 1-0, bil-gowl ikun kkonvalidat wara konsultazzjoni mal-VAR.

Aston Villa kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Norwich biex saħħew posthom f’nofs il-klassifika. Huma marru fil-vantaġġ fil-41 minuta Danny Ingd bidel il-ballun tajjeb ma’ Ollie Watkins, b’dan tal-aħħar jitfa’ wara Tim Krul għal 1-0. Fit-93 minuta Aston Villa għamluhom tnejn meta Emiliano Buendia għadda lejn Danny Ings li xeħet fix-xibka għal 2-0.

F’St’Mary’s Stadium Crystal Palace għelbu lil Southampton bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Southampton li marru fil-vantaġġ fid-9 minuta meta James Ward Prowse għadda lejn Oriol Romeu b’dan tal-aħħar jitfa’ fix-xibka għal 1-0. Madanakollu Crystal Palace kisbu d-draw fis-60 minuta meta minn cross ta’ Nathaniel Clyne kien Eberechi Eze li xeħet fix-xibka għal 1-1. Biex fit-92 minuta Crystal Palace skorjaw il-gowl tar-rebħa meta kien Wilfred Zaha li xeħet fix-xibka għal 2-1.

Man City kisbu rebħa ta’ 4-0 fuq Leeds biex żammew posthom fl-ewwel post. Huma fetħu l-iskor permezz ta’ Rodri fit-13-il minuta qabel irdoppjaw minn Nathan Ake fl-54 minuta. Gabriel Jesus skorja t-tielet gowl fit-78 minuta qabel Fernandinho skorja ir-raba gowl għac-Citizens għal 4-0.

PREMIER LEAGUE

Illum: Newcastle v Liverpool 0-1, Aston Villa v Norwich 2-0, Southampton v C’Palace 1-2, Watford v Burnley 1-2, Wolves v Brighton 0-3, Leeds v Man City 4-0