Mara ta’ 21 sena tweġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku bejn żewġ karrozzi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1 am meta l-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident bejn karozza tat-tip Mercedes Benz misjuqa minn taġel ta’ 46 sena li hu residenti Ħaż-Żebbuġ u Renault Clio misjuqa minn mara ta’ 21 sena li hi residenti l-Fgura.
Fuq il-post issejħu kemm membri tal-protezzjoni ċivili u tim mediku, fejn provdew l-ewwel għajnuna lill-vittmi.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei gġall-kura fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. Dan filwaqt li r-raġel ittieħed għall-kura ġewwa Ċentru tas-Saħħa.
//= $special ?>