Wara 51 sena u kważi 370 pubblikazzjoni, il-Union tal-Għalliem u l-Fondazzjoni Sagħtar komplew iġeddu r-rivista Sagħtar… din id-darba b’qabża oħra fid-dinja diġitali.. permezz ta’ applikazzjoni diġitali… rivista popolari li issa se tkompli tinkoraġġixxi lit-tfal ikattru l-imħabba tagħhom lejn il-lingwa Maltija.
Waqt it-tnedija, Elaine Germani, iċ-Chairperson ta’ Fondazzjoni Sagħtar, spjegat li din l-app li hija b’xejn hija kontinwazzjoni naturali tal-proġetti mwettqa mill-Fondazzjoni sabiex is-Sagħtar jasal għand it-tfal tal-lum.
Minn naħa tiegħu, Marco Bonnici, il-President tal-MUT, irringrazzja lill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat tal-fondi sabiex twettaq dan il-proġett u saħaq li din issa se tkun qed tkompli taqdi funzjoni soċjali u edukattiva fost l-edukaturi u l-istudenti Maltin u Għawdxin.
Marco Bonnici wiegħed li l-MUT se tkompli ssostni l-ħidma tal-Fondazzjoni għal dawn l-inizjattivi, li huma parti mir-rwol professjonali li l-Union tħaddan.
//= $special ?>