Sport Waterpolo

Sliema jħallu lil San Ġiljan tliet punti warajhom

(Ritratt: Timmy Cutugno)
Marsaskala jibqgħu jittamaw fl-Ewwel Diviżjoni

Rapport: Stewart Said

SLIEMA FRANK SALT……………… 9

NEPTUNES VIDEOSLOTS……….. 4

(4-2), (0-1), (2-0), (2-1)

It-tieni rebħa kontra Neptunes f’dan l-edizzjoni, kompliet tressaq lil Sliema Frank Salt lejn ir-rebħ tal-Kampjonat tax-Xitwa. Huma żammew it-tliet punti vantaġġ fuq San Ġiljan u jekk jirbħu t-tnejn fost il-ġimgħa, ikun biżżejjed punt fl-aħħar logħba, proprju kontra l-Ġiljaniżi.

L-ewwel sessjoni kienet missielta b’Sliema jieħdu l-vantaġġ darbtejn iżda Sam Gialanze li kien qed jirritorna, wieġeb fiż-żewġ okkażjonijiet. Iżda penalty minn Benji Cachia u gowl ta’ Dino Zammit fl-aħħar sekondi tas-sessjoni taw vantaġġ doppju lil Sliema.

It-tieni sessjoni kienet aktar kajmana, b’Michael Spiteri Staines inaqqas id-distakk minn man-up filwaqt li Sliema fallew penalty. Iżda wara l-mistrieħ, Sliema fetħu distakk ta’ tliet gowls għall-ewwel darba, b’gowls ta’ Mark Meli minn man-up u Jerome Gabarretta.

Liam Galea temm kull tama li Neptunes setgħu jirkupraw b’żewġ gowls fl-ewwel parti tal-aħħar sessjoni. Sam Gialanze naqqas id-distakk minn penalty, biż-żagħżugħ Matthew Mifsud jissiġilla r-rebħa b’kontrattakk fl-aħħar azzjoni tal-logħba.

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (2), L. Galea (2), D. Rizzo, M. Meli (1), B. Cachia (1), J. Cutajar, M. Mifsud (1), J. Brownrigg, K. Borg, Z. Mizzi (1), D. Zammit (1), A. Theuma

Neptunes: A. Borg Cole, M. Zammit, S. Gialanze (3), G. Pace, J. Cachia, J. Spiteri Staines, M. Castillo, J. Camilleri, R. Galea, M. Spiteri Staines (1), D. Bugeja, M. Farrugia, M. Brimmer

Referees: Peter Balzan, Stefan Licari

(Ritratt: Michael Paris)

SAN ĠILJAN MERCURY TOWERS…… 21

EXILES………………………………………….. 6

(7-1), (5-2), (6-1), (3-2)

L-isfida ta’ San Ġiljan Mercury Towers tkompli. Din kienet l-ewwel logħba uffiċjali tagħhom mingħajr il-kowċ Dorian Pisani li spiċċa mill-kariga fl-aħħar jiem, b’Silvio Borg jieħu t-tmexxija temporanja tat-tim.

Ironikament kienu Exiles li fetħu l-iskor permezz ta’ Luke Gialanze. Iżda San Ġiljan kellhom reazzjoni mill-aqwa, sa nofs l-ewwel sessjoni marru 4-1 minn fuq u l-vantaġġ żdied għal 7-1, b’doppjetti għal Ben Plumpton u Nikolai Zammit.

Dan id-distakk ikkomprometta l-andament tal-logħba, bil-Ġiljaniżi jibqgħu fil-kmand tal-logħba filwaqt li Exiles kienu ftit passivi biex jippruvaw jidħlu fil-logħba.

It-tielet sessjoni żammet l-istess andament, b’San Ġiljan jiskorjaw sitt gowls oħra permezz ta’ sitt plejers differenti. Fl-aħħar sessjoni l-Ġiljaniżi ssiġillaw ir-rebħa hekk kif rebħu wkoll l-aħħar sessjoni, b’Nico Schiavone u Nikolai Zammit jiskorjaw l-aħħar żewġ gowls tal-logħba.

San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg (1), A. Galea (3), N. Schiavone (1), R. Caruana, M. Zammit (3), M. Ortoleva (1), D. Tully (1), J. Bonavia (2), N. Zammit (5), D. Zammit, N. Bugelli, G. Vassallo, B. Plumpton (4), D. Fero

Exiles: G. Borg, N. Saliba, S. Apap, P. Paris, T. Sullivan (1), S. Xerri de Caro, L. Gialanze (1), K. Griscti (1), N. Paris, J. Bajada (1), M. Aquilina (2), D. Fenech, M. Martellacci

Referees: Massimo Angileri, Alex de Raffaele

MARSASKALA FISH AND FISH…….. 20

BARRACUDAS……………………………. 7

(7-0), (5-1), (4-2), (4-4)

Marsaskala Fish and Fish għadhom jittamaw li jirbħu l-Ewwel Diviżjoni. Ir-rebħa mingħajr diffikultà kontra Barracudas tpoġġihom sitt punti taħt Valletta iżda għandhom triq itwal biex jirbħu l-kampjonat. Huma għandhom bżonn rebħa kontra Ta’ Xbiex l-Erbgħa li ġej u jirbħu kontra l-istess Valletta s-Sibt 7 ta’ Mejju biex jisfurzaw decider.

Il-logħba kellha storja sempliċi. Marsaskala fetħu b’saħħithom u mal-ewwel żewġ minuti logħob kienu diġà jinsabu 3-0 minn fuq. Il-gowls baqgħu ġejjin ftit ftit u bdew it-tieni sessjoni 7-0.

L-ewwel gowl ta’ Barracudas wasal f’nofs it-tieni sessjoni permezz ta’ Nigel Camenzuli, b’Marsaskala komplew ikabbru l-vantaġġ għal 12-1 sa tmiem it-tieni sessjoni.

L-Iskalin komplew jikkontrollaw mingħajr problema fit-tieni parti tal-logħba u kien biss fl-aħħar sessjoni li Barracudas waqqfu l-emoraġġija meta qasmu tmien gowls mal-avversarji.

Marsaskala: J. Micallef, A. Camenzuli (2), P. Privitera, R. Greco (2), G. Galea, K. Navarro (2), M. Manara (1), D. Pace Lupi (2), G. Sammut (3), J. Ciantar (5), M. Carani (3), A. Muscat

Barracudas: M. Borg, C. Brincat, A. Magri (2), P. Micallef, D. Ciantar (1), R. Sciortino, S. Aquilina (2), N. Camenzuli (1), N. Gatt, A. Falzon, A. Mifsud (1), T.J. Mifsud, L. Abela, J. Bugeja V. Bartolo

Referees: Ronnie Spiteri, Peter Balzan

Logħob li jmiss

It-Tlieta

L-Ewwel Diviżjoni: Otters Nivea vs Barracudas 6.30pm

Kampjonat Premier: Neptunes Videoslots vs Exiles 7.35pm

Kampjonat Premier

                             L       R       D       T       F       K       Pti

Sliema                   8        8        0        0        107    31      24

San Ġiljan             8        7        0        1        106    48      21

Sirens                   8        4        1        3        60      76      13

Neptunes             8        2        1        5        64      74      7

Birżebbuġa          8        1        2        5        47      95      5

Exiles                    8        0        0        8        48      108    0

L-Ewwel Diviżjoni

                             L       R       D       T       F       K       Pti

Valletta                7        7        0        0        86      34      21

Marsaskala         6        5        0        1        92      31      15

Ta’ Xbiex             6        2        1        3        63      64      7

Otters                  6        1        1        4        36      81      4

Barracudas         7        0        0        7        47      114    0