Lokali

“Xogħol li jirrikjedi dedikazzjoni kbira”

Kulħadd jaf kemm ix-xogħol tal-bidwi Malti huwa xogħol imprezzabbl ghaliex mingħajr il-ħidma ta’ dawn il-persuni, pajjiżna jista’ jasal f’punt fejn jitlef għal kollox il-prodott naturali tiegħu.

Net News żar l-għelieqi ta’ Paul Muscat li jinsabu fil-lokalità tal-Imġarr… fejn kif jispjega Paul stess, f’dan ix-xoghol trid tkun dedikat ferm.

Paul Muscat qalilna illi ilu jaħdem l-għelieqi minn mindu kien għadu tifel żgħir.

Bħalissa, popolari ferm f’pajjiżna huwa l-frawli, iżda dalwaqt jibda l-istaġun tal-ħjar. U għalhekk tlabna lil Paul jispjegalna x’jinvoli l-proċess biex tkabbar il-ħjar.

Paul jitkellem magħna wkoll dwar l-isfidi li l-bdiewa qed jaffaċċjaw ta’ kuljum, fosthom iż-żieda fil-prezz ta’ affarijiet bażiċi li huma jużaw ta’ kuljum.

Tags