Illum, mit-3.20 pm ‘l quddiem fuq NetTV jixxandar it-23 programm ‘Sport Extra’ fejn fl-ewwel parti tal-programm enfażi fuq il-waterpolo u s-suċċess li t-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt id-19 il-sena kellu fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-fażi finali tal-Kampjonat tal-Ewropa. Mistieden ANTHONY FARRUGIA – kowċ nazzjonali tat-tim b’analiżi dwar il-partiti li t-tim Malti kellu kontra Fillandja, Renju Unit u Olanda.
Fit-tieni parti tal-programm, Charles Camenzuli waqt żjara f’Avante Garde Jiu Jitsu Club f’San Ġwann intervista lil THOMAS VANDER EECHEN dwar kemm dan l=isport jiflaħ jiżviluppa hawn Malta kif wkoll lil MURMAN KORCHILAVA li wara karriera ta’ suċċessi fil-judo qed jipprattika l-Brazilian Jiu Jitsu fejn dan l-aħħar saħansitra rebaħ il-Kampjonat tal-Ewropa. SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Ramon Farrugia.
//= $special ?>