Coronavirus Lokali

COVID-19: 120 każ ġdid – ebda fatalità

Fl-aħħar 24 siegħa … pajjiżna rreġistra 120 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 224 persuni oħra biex it-total ta’ każi attivi f’pajjiżna issa naqas għal 3,424.

Dan filwaqt li fortunatament fl-aħħar sigħat ma gew irregistrati ebda fatalitajiet kawza ta’ dan il-virus sabiex b’hekk in-numru ta’ vittmi tal-pandemija f’pajjizna ghadu dak ta’ 698.

Numri ezatt ta’ kemm hemm persuni li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei waqt li huma pożittivi għall-Covid-19 jibqgħu mhux magħrufin, hekk kif il-Gvern mhux jippubblika c-cifri ufficjali.