Rowen Camilleri
HIBERNIANS……3
BIRKIRKARA…….1
Hibernians: I. Kone, F. Apap, L. Almeida, J. Grech (R. Dos Anjos 81’), J. Degabriele (W. Domoraud 81’), D. Vella, Z. Grech, T. Aldama (H. Da Costa 87’), A. Agius, G. Artilles, A. Diakite
Birkirkara: A. Sylla, E. Ruiz, E. Pepe, C. Bonanni (Y. Yankam 77’), K. Zammit, F. Falcone (B. Ngissah 69’), R. Scicluna (J. Valletta 88’), L. Aguirre, K. Bevis (L. Montebello 77’), J. Macedo (N. Cross 88’), D. Venancio
Imwissija: T. Aldama 42’, F. Apap 53’ (H), Y. Yankam 89’
Skorjaw: F. Falcone 19’ (B), J. Degabriele 27’, D. Vella 71’, R. Dos Anjos 90+4 (H)
Referee: Malcolm Spiteri
Assistenti Referees: Alan Camilleri u Duncan Sultana
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Ali Diakite (Hibernians)
BOV Plejer tal-logħba: Dunstan Vella (Hibernians)
Hibernians laħqu t-tragward tagħhom, dak li jsiru champions għat-13-il darba meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Birkikrara bl-iskor ta’ 3-1. Kienet partita movimentata għall-aħħar u li setgħet marret kull naħa fejn kienu Birkirkara li fetħu l-iskor permezz ta’ Federico Falcone fid-19-il minuta, iżda gowls minn Jurgen Degabriele fis-27 minuta, Dunstan Vella fil-71 minuta u gowl ta’ Raphael Dos Anjos fil-ħin miżjud aċċertaw mir-rebħa għat-tim minn Raħal Ġdid anke jekk bi draw kien ikun biżżejjed sabiex ikunu nkurunati champions.
L-ewwel xutt lejn il-lasti wasal wara seba’ minuti minn Hibernians meta kien Aldama li għadda lejn Degabriele li wara li daħal fil-kaxxa spara barra. Fid-19-il minuta Birkirkara fetħu l-iskor. Kienet ħarba Ryan Scicluna li rnexxielu jibqa dieħel sa tarf il-kaxxa u wara li deher li tilef il-ballun b’xi mod wasal għand FEDERICO FALCONE li b’xutt mill-ewwel għeleb lil Kone. Erba’ minuti wara reġgħu kienu Birkirkara fuq l-attakk bil-plejer Bonanni jgħaddi lejn Bevis li bil-veloċità tiegħu għadda lil Agius iżda l-konklużżjoni tiegħu għaddiet barra. Fis-27 minuta Hibernians ġabu l-gowl tad-draw meta Diakite qassam lejn Aldama li avvanza waħdu fil-kaxxa iżda minn quddiem Sylla għażel li jqassam lil JURGEN DEGABRIELE li bi prattikament lasta vojta tefa’ lis-sapporters Pawlisti f’dellierju ta’ ferħ. L-ewwel taqsima ma’ offriet l-ebda azzjoni oħra perikoluża u ż-żewġ timijet daħlu jistrieħu fi draw ta’ 1-1.

Fit-tieni taqsima t-tim immexxi minn Jonathan Holland ħareġ aggressiv u wara ħames minuti marru viċin permezz ta’ Falcone li wara li rċieva mingħand Agiurre ra x-xutt tiegġu jgħaddi ftit barra. Fis-57 minuta Jurgen Degabriele bir-ras kompla lejn Zachary Grech li wara li rnexxielu jidħol fil-kaxxa avversarja reġa ta l-ballun lil Degabriele li spara xutt b’saħħtu u Sylla b’diffikultà u mgħejjun mill-mimduda dawwar f’korner. Fit-62 minuta Hibernians reġgħu marru viċin meta Jake Grech provda pass inteliġenti lejn Jurgen Degabriele li minn qagħda angulata prova x-xutt iżda Sylla f’żewġ tentattivi laqa tajjeb. Fil-71 minuta Hibernians skurjaw il-gowl li aċċertahom mir-rebħ tal-kampjonat. Kienet azzjoni mibdijja minn korner qasir ta’ Aguirre lejn Degabriele, bl-awtur tal-ewwel gowl Pawlist jikkrosja fuq Leandro Almeida li bir-ras kompla lejn DUNSTAN VELLA li b’daqqa ta’ ras mill-viċin għeleb għal kollox lil Amara Sylla. Fid-90 minuta s-sostitut Da Costa kien sfortunat meta wara li rnexxielu jqabbeż minn fuq Sylla ra l-ballun jaħbat mal-mimduda. Hibernians kienu għadhom mhux lesti u fir-raba’ minuta tal-ħin miżjud wara li Sylla tela’ għall-aħħar korner ta’ Birkirkara, minn kontrattakk is-sostitut RAPHAEL DOS ANJOS irċieva pass li sab ruħu waħdu u b’lasta vojta tefa’ ġewwa għal skor finali ta’ 3-1 u għalhekk Hibernians saru champions tal-Kampjonat 2021/22 fost il-ferħ tas-sapporters, plejers u diriġenti tat-tim Pawlist.
