Knisja Lokali

Iċċelebrata l-festa ta’ San Publiju fil-Furjana

Fil-Furjana, dalgħodu saret il-quddiesa li ċċelebrat il-festa titulari ta’ San Publiju – festa li kienet ilha mistennija, minħabba n-nuqqas taghha ghal dawn l-ahhar sentejn kagun tal-pandemija.

Iċ-ċelebrazzjoni fil-Knisja ta’ San Publiju tmexxiet minn Monsinjur Arcisqof Charles Scicluna. Preżenti wkoll, il-President ta’ Malta George Vella, deputati u anke membri tal-Kunsill Lokali, kif ukoll l-ambaxxatur Irlandiż Patrick Duffy.

Kif inhi t-tradizzjoni, wara l-quddiesa tal-festa, il-mistednin distinti żaru l-każi Vilhena.

Imbgħad eżatt wara, il-marċ tradizzjonali.

Bil-programm ikompli aktar tard filgħaxija, bil-purcissjoni mat-toroq tal-lokalità li ġew imżejna b’armar mill-isbaħ għall-okkazzjoni tal-Festa Titulari.