L-Old Firm derby bejn Celtic u Rangers ntemmet fi draw ta’ 1-1 biex b’hekk ma nbidel xejn fil-quċċata tal-klassifika tal-Premiership Skoċċiż. B’dan id-draw Celtic baqgħu fl-ewwel post b’86 punt, sitt punti vantaġġ fuq l-istess Rangers. Kienu Celtic li fetħu l-iskor fil-21 minuta meta minn pass ta’ Daizen Maeda kien Jota li xeħet wara McGregor qabel Fashian Sakala kiseb d-draw għal Rangers fis-67 minuta minn pass ta’ Ryan Kent.
//= $special ?>L-Old Firm derby tintemm fi draw… Celtic sitt punti vantaġġ f’ras il-klassifika
