Lokali

Raġel ta’ 33 sena jinżamm arrestat fuq serq ta’ flus lil żewġ anzjani

Raġel ta’ 33 sena nżamm arrestat flimkien ma’ persuni oħra wara li wettaq żewġ serqiet ta’ flus kontanti minn fuq żewġ anzjani, wieħed ta’ 71 sena, resident il-Marsa u ieħor ta’ 64 sena li hu resident fil-Ħamrun.

Ir-raġel ta’ 33 sena Essid Elssaeh, ġie akkużat b’serq aggravat u bi vjolenza, u wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Elssaeh inżamm arrestat fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, hekk kif ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li ma’ kellu ebda indirizz fiss f’Malta.

Tags