Real Madrid rebħu l-La Liga għal 35 darba fl-istorja tagħhom wara rebħa ta’ 4-0 fuq Espanyol. Għal kowċ Carlo Anċelotti dan kien titlu ieħor f’pajjiż differenti, biex rebaħ ħames kampjonati f’ħames pajjiżi differenti. Dan wara li rebaħ kampjonati fi Franza, l-Italja, l-Ingilterra, Spanja u l-Ġermanja. Kienu żewġ gowl ta’ Rodrygo li tefgħu lil Real Madrid fil-vantaġġ qabel Marcos Asensio u Karim Benzema għalqu l-partita u ssiġillaw il-Kampjonat.
//= $special ?>Real Madrid champions tal-La Liga għal 35 darba
