Futbol Sport

Rebħiet għal Milan u Inter fil-quċċata tal-klassifika

(Ritratt: EPA)

Milan żammew posthom fil-quċċata tal-klassifika meta f’Sansiro għelbu lil Fiorentina bl-iskor ta’ 1-0.
Minkejja li r-riżultat juri mod ieħor, Milan kellhom diversi opporuntitajiet ta’ skor, madanakollu l-attakkanti tagħhom Rafael Leao u Olivier Giroud naqqsu mill jsibu x-xibka. Fl-ewwel taqsima gowl mħassa għal offside ta’ Theo Hernandez. Il-gowl deċiżiv wasal fit-82 minuta meta Rafael Leao approfitta minn żball ta’ Pietro Terracciano u xeħet fix-xibka għal skor finali ta’ 1-0.

Mit-telfa kontra Bologna f’nofs il-ġimgħa li għaddiet, Inter irritornaw għar-rebħ u tlett punti minn konfront delikat kontra Udinese. Rebħa li biha żammew il-pass ma’ Milan u l-istess distakk ta’ żewġ punti taħt l-istess Milan.
Wara biss 12 il-minuta, Inter marru fil-vantaġġ . Minn azzjoni ta’ Federico Dimarco kien IVAN PERISIC li għeleb lil Marco Silvestri. B’Inter fuq l-offensiva, fl-40 minuta għal foul ta’ Pablo Mari fuq Ediz Dzeko, Daniele Chiffi saffar penalty. Taħ LAUTARO MARTINEZ li laqat il-lasti, bl-istess player mill-istess azzjoni bir-ras għeleb lil Silvestri. 2 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima. Minkejja li matul it-tieni taqsima Inter kellhom aktar pussess, fit-72 minuta Udinese naqqsu l-iskor. Minn pass ta’ Iyenoma Destiny Udogie kien IGNAZIO PUSSETTO li għeleb lil Samir Handanovic għat 2 – 1 . Fit-78 minuta gowl ta’ Vidal għal Inter ma kienx ikkonvalidat bil-VAR minhabba offside.

F’partita b’għadd ta’ okkażjonijiet miftuħa għal kull riżultat, Bologna komplew bis-serje pożittiva fejn bil-punt mirbuħ leħqu lil Udinese fit-12 il-post b’Roma fil-ħames post flimkien ma’ Lazio b’59 punt. Bilanċ assolut matul l-ewwel taqsima minkejja li Bologna kellhom ftit aktar pussess mill-avversarji. B’Rui Palacio u Lukasz Skorupski deċiżi li jżommu l-iskor intatt, l-aħjar azzjoni għal Roma matul l-ewwel taqsima waslet fid-29 minuta bi Skorupski jsalva tajjeb fuq Nicolo’ Zaniolo. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess b’Roma aktar fuq l-offensiva minkejja li l-aħjar cansijiet waslu minn Bologna. Fis-66 minuta b’ Rui Patricio barra mill-lasti it-tentattiv tra’ Dominguez għadda ftit barra. Fit-88 minuta minn pass ta’ Musa Barrow kien Rui Patricio li salva fuq De Silvestri. Fid-94 minuta wara li tentattiv ta’ Pellegrini għadda ftit barra sekondi wara kien Musa Barrow li laqat il-lasti bl-iskor jibqa 0 – 0

SERIE A

Is-Sibt: Cagliari v Verona 1-2, Napoli v Sassuolo 6-1, Sampdoria v Genoa 1-0, Spezia v Lazio 3-4 Illum: Juventus v, Venezia 2-1, Milan v Fiorentina 1-0, Empoli v Torino 1-3, Udinese v Inter 1-2, Roma v Bologna 0-0 Għada: Atalanta v Salernitana 8.45pm