Mil-lum, it-tieni jum tax-xahar ta’ Mejju, il-miżuri kważi kollha tal-COVID-19 se jitneħħew.
Filwaqt li fl-aħħar jiem ma baqax mandatorju li fl-iskejjel tintlibes il-maskra, mil-lum se jkunu rilaxxati aktar miżuri;
- Issa, se jkun neċessarju li jibqgħu f’iżolament, biss, il-persuni li jirriżultaw pożittivi għall-virus. Il-kwarantina mandatorja tkun għal 7 t’ijiem, u tintemm b’rapid test negattiv, inkella tintemm wara 10 t’ijiem. Dan japplika għal min hu vaċċinat u anke għal min mhux.
- Min ikun f’kuntatt ma’ persuna pożittiv għall-virus, u anke min jgħix fl-istess ‘household’, mhux se jkun obbligat jagħmel kwarantina. Din b’eċċezzjoni għal sptarijiet u djar tal-anzjani.
- Il-maskri m’għadhomx iktar obligatorji. Dan b’eċċezzjoni biss għall-isptarijiet u kliniċi, djar tal-anzjani u fuq l-ajruplani.
- Fejn jidħol ivvjġġar ser tibqa’ is-sistema tar-red u dark red zones, fejn tista’ tivjaġġa minn dawn il-pajjiżi imma biċ-ċertifikati jew b’test negattiv. Dan filwaqt li l-‘Passenger Locator Form’ mhux se tibqa’ neċessarja.
- Iċ-ċentri tal-iswabbing tal-Gvern ser jibqgħu miftuħin, dan apparti ċ-ċentru f’Ħal Farruġ li issa waqaf jopera.
- Il-Helplines 111 u 145, issa se jkunu disponibbli mis-7am sas-6pm filwaqt li fil-ħdud u l-festi jkunu disponibbli u mis-7am sal-4pm.
Il-miżuri l-oħrajn kollha, apparti għal xi eċċezzjonijiet żgħar, issa tneħħew kollha u għalhekk kwalunkwe attività jew avveniment, fost l-oħrajn, issa jistgħu jerġgħu isiru b’mod normali.
Mil-lum, it-2 ta’ Mejju, il-ħajja tirritorna, relattivament għan-normal, viċin ħafna ta’ kif niftakkru l-ħajja qabel il-pandemija. Is-Suprintendent tas-Saħħa Charmaine Gauci spjegat li “dan kollu ma jfissirx li l-virus m’għadux hawn. Imma tfisser li trid tikber iżjed ir-responsabbiltà tagħna.”
//= $special ?>