Rapporti minn dan il-pajjiż qalu li talanqas sitt itfal kienu fost numru ta’ nies li mietu b’kaġun ta’ nirien li qabdu f’daqqa u li qerdu numru sinifikanti ta’ djar viċin il-kapitali Manila.
Ir-rapporti qalu li n-nirien qabdu fit-tieni sular ta’ dar li kienet tifforma parti minn zona residenzjali pakkjata bil-familji li tinsab qalb komunità fi ħdan kampus tal-università fid-distrett ta’ Quezon.
Il-kaġun tan-nirien mhux magħruf, bl-awtoritajiet jgħidu li l-fjammi tant infirxu malajr li n-nies fl-inħawi ma kellhom l-ebda ċans li jaħarbu.
Ingħad ukoll li għaddew talanqas sagħtejn sakemm in-nirien kienu kontrollati u meta l-ammonti tal-mejtin u midruba mistennija jiżdiedu aktar ma jgħaddi l-ħin.
//= $special ?>