Il-President ta’ Franza, Emmanuel Macron, qal li pajjiżu għandu jżid l-appoġġ militari u umanitarju lill-Ukrajna.
Macron, fl-istess ħin, irrepeta t-tħassib u dispjaċir kbir tiegħu dwar il-bumbardamenti tal-ibliet Ukreni mill-qawwiet tar-Russja – u fuq kollox dwar ‘is-sitwazzjoni insapportabbli’ fl-inħawi ta’ Mariupol, fin-nofsinar tal-Ukrajna.
Dan meta l-Istati Uniti, Franza, ir-Renju Unit u alleati oħra tal-Punent sallum ipprovdew lill-Gvern tal-Ukrajna b’mijiet ta’ sistemi ta’ artillerija biex l-Ukreni jirreżistu aħjar l-offensiva tar-Russja fir-reġjun tad-Donbas, li jinsab fl-artijiet Ukreni tal-Lvant.
//= $special ?>