Mgħandhiex tmiem il-kriżi umanitarja għar-residenti ta’ Mariupol, għalkemm mistenni li talanqas 100 ċivili li spiċċaw evakwati minn din il-belt tan-nofsinar għandhom jaslu dalwaqt f’zoni anqas perikolużi tal-Ukrajna.
Fl-istess ħin għad fadal il-mijiet taċ-ċivili maqbudin fil-kumpless industrijali ta’ Mariupol li għadu l-aħħar zona tar-reżistenza f’belt li hi kważi okkupata għal kollox mit-truppi tar-Russja.
Ir-Russi qed jittamaw li jeliminaw ‘l-aħħar preżenza’ ta’ suldati Ukreni li qegħdin jiddefendu dan il-kumpless, bil-President Ukren, Volodymyr Zelensky qed jesprimi t-tamiet li l-evakwazzjoni ta’ ċivili minn Mariupol tkun tista’ tkompli fis-sigħat li ġejjin.
//= $special ?>
