Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Twissija dwar kriżi tal-ikel globali

Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, wissa li l-konflitt f’pajjiżu kapaċi jixpruna kriżi tal-ikel li taffettwa lil ħafna pajjiżi madwar id-dinja.

Meta kien qed ikellem lill-programm tal-aħbarijiet Awstraljan, 60 Minutes, Zelensky qal li pajjiżu jista’ jitlef għexieren ta’ miljuni tunnellati tal-qamħ minħabba li l-qawwiet Russi għalqu l-aċċessi għall-portijiet tal-Ukrajna mal-Baħar l-Iswed.

L-Ukrajna hi fost l-esportaturi ewlenin tal-qamħ u prodotti oħra tal-ikel fid-dinja u Zelensky qed jakkuża lil Moska dwar ‘pjani biex tiżola u timblokka kompletament l-ekonomija ta’ pajjiżu’.