Neville Gafà tilef żewġ kawżi ta’ libell kontra The Malta Independent on Sunday minħabba stejjer li implikawh f’racket ta’ visas mediċi lura fl-2014. Il-Qorti rrakkomandat ukoll li l-pulizija tinvestiga dak li qalu x-xhieda fil-każ li Gafà pprova jixtrihom biex ma jixhdux.
L-istejjer, ippubblikati fuq il-ġurnal tal-Ħadd f’Awwissu tal-2016, sostnew li l-eks uffiċjal fl-uffiċċju tal-Prim Ministru kien qed jieħu sa €150,000 fix-xahar fi “‘scam’ tal-visas mediċa” bl-irċevuti juru €35,000 f’pagamenti li saru lil Neville Gafà minn middleman Libjan.”
L-allegazzjonijiet kienu jduru fuq allegazzjonijiet li saru minn 12-il ċittadin Libjan, kollha vittmi tal-gwerra ċivili fil-pajjiż, fejn l-eks uffiċjal tal-gvern, li introduċa lilu nnifsu bħala “aġent fis-saħħa f’Malta”, u li kien talab flus għall-kura. Dak iż-żmien, il-gvern Malti kien offra trattament b’xejn lill-vittmi tal-gwerra ċivili Libjani.
Madankollu Gafà allegatament kien qed jitlob ħlas fix-xahar lill-pazjenti ta’ madwar €2,500 biex jiksbu visas mediċi, trattament u akkomodazzjoni, flimkien ma’ ħlas addizzjonali ta’ €100. Matul il-proċedimenti ta’ libell imressqa minn Gafà kontra l-eks editur tal-gazzetta David Lindsay, ħamsa minn dawk l-irġiel xehdu permezz ta’ Skype dwar il-kalvarju li għaddew minnu.
Sostnew ukoll li sussegwentement Gafà kien ivvjaġġa lejn il-Libja u offrelhom flus biex ma jixhedx kontrih f’każ li jikkonċerna l-allegat racket tal-visas mediċi. Meta tat is-sentenza fil-proċeduri ta’ libell il-qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Victor George Axiak din warrbet it-talbiet ta’ Gafà, u laqgħet it-talbiet hekk imsejjħa “veritieri” u kummenti ġust tal-ġurnal indipendenti.
Barra minn hekk, il-qorti rrakkomandat li l-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga l-allegazzjonijiet li saru mix-xhieda dwar it-tentattivi ta’ Gafà biex “jixtri s-silenzju tagħhom”. Il-qorti rrimarkat li dan ma jfissirx li kien hemm biżżejjed provi minn aspett tal-liġi kriminali biex jallegaw li Gafà kien involut fit-tixħim. Kwistjoni bħal din kellha tiġi evalwata quddiem iqorti xierqa u sakemm ikun hemm deċiżjoni finali fi proċedimenti kriminali, l-applikant kellu jitqies innoċenti, qalet l-istess qorti.
Fix-x-xhieda tagħhom Ayman Mohammed Alseed kien qal li Gafa kien talbu bejn €2,000 u €2,500 sabiex jinħarġu ‘medical visas’ għall-Libjani li kienu ġew feruti fir-reġjun fejn jgħix. Ali Mohameed Algool qal li waqt li kien Malta għall-kura Gafa talbu l-flus (mingħajr ma’ speċifika kemm) u peress li ma’ ħallsux spiċċa biex kellu jitlaq minn Malta.
Mohammed Najib, waqt li kien Malta għall-kura, Gafa talbu €2,500 biex jibqa’ jieħu l-kura Malta. Hamza Hussain Alwakwak, qabel ma’ ġie Malta Gafa talbu l-ħlas ta’ €2,500 , ukoll għall-‘medical visa’. Mohammed Salem Agag:kien mitlub l-istess somma, u wara li ma’ ħallsux ukoll kellu jitlaq minn Malta.
Daosalem Ali Elamood, waqt li kien Malta għall-kura, Gafa talbu bejn €2,000 u €3,000 għall-visa iżda ma’ kellux biex iħallsu u baqa’ ma’ ngħatax it-trattament li kellu bżonn Yousef Abdulwahab, meta kien Malta għall-kura Gafa talbu jħallas €3,500. Peress li ma’ kellux biex iħallsu huwa ntbagħat lura pajjiżu mingħajr il-kura meħtieġa. Għal David Lindsay deher l-Avukat Peter Fenech u għal Gafa deher l-eks Kummissarju tal-Pulizija, Peter Paul Zammit.