Internazzjonali

Ingilterra: Ritratti ġodda tal-Prinċipessa Charlotte f’għeluq sninha

Id-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge ħarġu tliet ritratti ġodda ta’ binthom ċkejkna, il-Prinċipessa Charlotte, f’għeluq is-seba’ sena tagħha.

Ir-ritratti ttieħdu minn ommha, Catherine, li hi dilettanta kbira tal-fotografija minbarra li padruna tar-Royal Photographic Society tal-Ingilterra.

Din mhix l-ewwel darba li d-Dukessa ta’ Cambridge ħarġet fil-pubbliku ritratti li ħadet hi stess biex tfakkar għeluq is-snin ta’ uliedha – b’dawn ir-ritratti ġodda ta’ Charlotte jittieħdu fl-inħawi ta’ Norfolk, fi tmiem il-ġimgħa.

Il-Prinċipessa Charlotte hi r-raba’ eredi għat-tron tal-Ingilterra waqt li hi l-unika tifla li twieldet lil din il-koppja rjali li għandhom żewġt itfal oħra – f’dan il-każ il-Prinċep George, li hu t-tielet eredi għat-tron u l-Prinċep Louis.