Scaffolding mal-faċċata ta’ Barracuda f’San Ġiljan, aktar kmieni llum, inqala’ minn postu u ħoloq periklu kbir fl-akwati.
Iż-żona ġiet magħluqa għat-traffiku mill-pulizija, fost il-biżgħa li setgħet isseħħ traġedja.
Fl-akwati madwar San Ġiljan u Tas-Sliema inġema’ ħafna traffiku filwaqt li ħaddiema dehru jippruvaw iżżommu l-iscaffolding b’idejhom permezz ta’ dak li deher qisu ħabel.
B’xorti tajba jidher li ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident u huwa mifhum li l-parti ta’ fuq tal-istruttura issa ġiet żarmata.
It-triq reġgħet infetħet għat-traffiku.
