Raġel ta’ 34 sena weġġa’ gravi wara li waqa f’sit ta’ kostruzzjoni. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra fi Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li ħaddiem ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar, weġġa’ wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu lir-raġel li ttieħed permezz ta’ ambulanza l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>