B’referenza għall-istqarrijiet bin-numri PR 220442, PR 220445 u PR 220455 u skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni ġdida li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-ikel u l-għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibilita` ta’ kontaminazzjoni bis-Salmonella. Dan il-prodott, probabbilment m’għadux għall-bejgħ, imma jista jkun għadu ma ttikilx mill-konsumatur
Persuni infettati bis-Salmonella normalment jistgħu jiżviluppaw sintomi bejn sitt (6) u tnejn u sebgħin (72) siegħa wara l-infezzjoni. L-iktar sintomu komuni hija d-dijarreja, li tista tkun anke bid-demm. Sintomi oħra jinkludu deni, uġiegħ ta’ ras u uġiegħ fiż-żaqq. L-infezzjoni ddum minn erba` (4) sa sebat (7) ijiem. Id-Dijarreja tista tkun severa li jkun hemm bżonn ukoll dħul fl-isptar.
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
Isem tal-prodott: | Kinder Sorpresa Maxi – Natoons |
Ditta: | Kinder |
Piż: | 100g |
Data tad-durabbilità: | 23-05-2022 |