Futbol Sport

Aħbarijiet pożittivi dwar saħħet Sinisa Mihajlovic u David Brooks

Il-kowċ ta’ Bologna Sinisa Mihajlovic fl-aħħar sigħat ħareġ mill-isptar li kien rikoverat fih sabiex jingħata l-kura għall-marda tal-leukaemia. Mihajlovic kien ilu jingħata l-kura sa minn Marzu li għadda b’rapporti fil-media Taljana jgħidu li hu jinsab f’kundizzjoni tajba.

Intant il-winger Irlandiż David Brooks f’messaġġ fuq il-media soċjali ħabbar li fieq kompletament mill-marda tal-kanċer fejn f’Ottubru li għadda ħabbar li kien marid. Brooks qal li fix-xhur li ġejjin se jkun qed jittama li jirritorna fil-ground.