Vittma ta’ attakk b’sikkina qal fil-Qorti kif, ġimgħa qabel l-inċident, kien involut f’argument fit-tul mar-raġel akkużat li attakkah, fuq ċanfira talli kien qed jarmi l-iskart barra. Il-Maġistrat Ian Farrugia kompla jisma’ l-provi fil-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Moubarak Altayeb ta’ 46 sena mis-Sudan.
Altayeb qed jiġi akkużat b’attentat ta’ qtil f’Ottubru tas-sena l-oħra, wara li allegatament ta daaqiet ta’ sikkina lil raġel Niġerjan fi ġnien pubbliku tal-Marsa. “Jien. kont rieqed u kif qomt sibt lil dan ir-raġel b’sikkina f’idu. Resaq lejja u ppruvajt nibblokkah,” qal il-vittma filwaqt li spjega li kien ilu jieħu nagħsa ħafifa fuq bank, barra fil-miftuħ, għall-ħabta ta’ nofsinhar.
Meta kien qed jiddefendu lilu nniffsu mis-sikkina, huwa sofra ferita f’idu u beda joħroġ id-demm. “Grejt lejn l-għassa tal-Marsa… Innutajt li kellu żewġ skieken. Rajt lill-uffiċjali tal-pulizija barra l-għassa u għamilt sinjal li kelli bżonn l-għajnuna. Qaluli biex nikkalma u ċempel l-ambulanza.”
Mistoqsi jekk kienx hemm xi kliem mill-akkużat, huwa qal “ir-raġel ġie minn wara siġra kbira biex jipprova jfixxkilni. Kien qed iżomm fergħa f’idu l-oħra.” Ġimgħa qabel ġie aggredit bis-sikkina, it-tnejn kienu argumentaw, fuq perjosu ta’ tliet ijiem, dwar il-vizzju tal-akkużat fuq ir-rimi ta’ l-iskart, huwa qal.
F’okkażjoni minnhom, l-akkużat kien waddabblu l-ġebel ħdejn skola fil-Marsa, iżda kien irnexxielu jiżgaċċa, kompla jgħid. F’dik l-okkażjoni, wieħed li kien għaddej mill-inħawi kien qalilhom li kien se jċempel lill-pulizija. Ix-xhud ikkonferma lill-qorti li ma kellu l-ebda dubju li Altayeb kien il-persuna li attakkah,
“ilni nafu mill-2014.” Huwa qal lill-maġistrat li għamel tliet ijiem l-isptar u tilef is-sensazzjoni f’subgħajh fuq driegħu ġie affettwat. Huwa kkonferma li sussegwentement kien ħareġ mill-isptar u ma kienx għadu qed jieħu l-kura. Il-Qorti ħatret espert forensiku biex jeżamina lill-vittma bil-ħsieb li jevalwa kwalunkwe kwistjoni ta’ saħħa fit-tul ikkawżata mill-attakk, wara li saret talba għal dan il-għan.
Inghata digriet prima facie, dik li l-akkużat tqiegħed taħt att ta’ akkuża Il-każ ikompli f’Ġunju. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit, Roderick Attard u Stephen Gulia, assistiti mill-avukati tal-AĠ Anthony Vella u Etienne Savona. L-avukat Christopher Chircop kien l-avukat difensur.
//= $special ?>