Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 175 każ ġdid – 2 imwiet oħra

Fl-aħħar 24 siegħa … pajjiżna rreġistra 175 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 196 persuni oħra biex it-total ta’ każi attivi f’pajjiżna issa naqas għal 3,328

Dan filwaqt li bejn it-Tnejn u t-Tlieta tilfu ħajjithom żewġ persuni oħra waqt li kienu pożittvi għal dan il-virus sabiex b’hekk it-total ta’ fatalitajiet tal-Covid-19 f’pajjiżna issa żdied għal 702.

Numri ezatt ta’ kemm hemm persuni li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei waqt li huma pożittivi għall-Covid-19 jibqgħu mhux magħrufin, hekk kif il-Gvern mhux jippubblika c-cifri ufficjali.