Raġel minn Ħal Qormi kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ndarab fuq il-post tax-xogħol.
Il-każ seħħ fl-inħawi tal-Qasam Industrijali ta’ Kordin, f’Raħal Ġdid għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar meta għal xi raġuni r-raġel ta’ 48 sena waqa’ minn fuq trakk waqt li kien qiegħed jgħabbi xi materjal.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-ħaddiem l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>