Lokali

Il-Kunsill Amministrattiv jesprimi fiduċja b’mod unanimu f’Bernard Grech

Konfermat li fl-aħħar snin ma ngħataw ebda donazzjonijiet mill-Familja Fenech

F’laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista, it-Tnejn filgħaxija l-Kunsill esprima fiduċja b’mod unanimu fil-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Dan wara li Jason Azzopardi naqas li jissostanzja, quddiem il-Kummissjoni Etika, Dixxiplina u Media Soċjali tal-Partit Nazzjonalista, l-allegazzjonijiet li għamel fuq il-media Soċjali.

Waqt il-laqgħa tal-amministrattiv kienu diskussi wkoll allegazzjonijiet dwar donazzjonijiet mogħtija lill-Partit Nazzjonalista u kien ikkonfermat li fl-aħħar snin ma ngħataw l-ebda donazzjonijiet mill-familja Fenech.

Aktar kmieni f’post fuq il-media soċjali Jason Azzopardi kiteb li ppreżenta r-riżenja tiegħu minn membru fil-Partit Nazzjonalista lis-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino .