Kunsilli Lokali Lokali

Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista Ġdid fil-Kunsill Lokali tas-Siggiewi

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Gillian Farrugia Pace li iktar kmieni llum ġiet eletta f’Elezzjoni Każwali. Farrugia Pace ġa kienet kunsillier f’isem il-PN fis-snin li għaddew u għalhekk m’hemmx dubju li ser taqdi d-doveri tagħha b’korretezza kif għamlet fiż-żmien li kienet tokkupa din il-kariga.

Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista jixtieq jirringrazzja lil Alessia Psaila Zammit għall-ħidma kollha li wettqet fis-snin kollha li kienet tifforma parti mill-Kunsill Lokali tas-Siggiewi f’isem il-PN. Tul dan iż-żmien Psaila Zammit okkupat kemm il-kariga ta’ Sindku kif ukoll ta’ Minority Leader u Kunsillier.

Tul iz-zmien li Alessia Psaila Zammit okkupat il-kariga ta Sindku, is-Siggiewi gawda minn diversi proġetti li saru fil-lokalita u dejjem ħadmet sabiex is-Siggiewi jkompli jimxi l`quddiem. Ta’ dan kollu, il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja.