Futbol Sport

Liverpool fil-finali ta’ Pariġi

Liverpool għamluha għall-finali ta’ Pariġi aktar tard dan ix-xahar wara li eliminaw lil Villerreal bl-iskor tal-aggregate ta’ 4-2 wara li temmew 3-2 fit-tieni leg. Wara li fl-ewwel leg f’Anfield, Liverpool kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0, fit-tieni leg, Villarreal kellhom l-ewwel taqsima mill-aqwa hekk kif ġabu l-iskor indaqs. L-ewwel kien Boulaye Dia li għamilhom 1-0 wara biss tliet minuti biex mbagħad erba’ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima kien Francis Coquelin li għamel l-iskor 2-0 għal Villarreal.

Fit-tieni taqsima, Liverpool ħarġu kompletament differenti bis-sostitut Luiz Diaz iħalli mpatt immedjat. Liverpool naqsu l-iskor fit-62 minuta permezz ta’ Fabinho biex ħames minuti wara kien Luiz Diaz li kkonkluda fuq cross ta’ Trent Alexnader-Arnold. Liverpool dawru r-riżultat favur tagħhom fl-74 minuta meta kien Sadio Mane li wara li qabeż lill-goalkeeper ikkonkluda f’lasta vojta għal 3-2. Lejn it-tmiem Villarreal sfaw jilagħbu bi player anqas meta tkeċċa Etienne Capoue.