Sport Sport Ieħor

Riżultati mill-aqwa għal Tenishia Thornton fi Kreta

F’Heraklion fi Kreta. Kampjonati tad-Dinja taż-żgħażagħ tal-weightlifting . Għal darb’oħra riżultat mill-aqwa minn Tenishia Thornton fejn wara li spiċċat fl-ewwel post fi Grupp B – kategorija 55 kg , temmet fis-sitt post fil-klassifika generali fis-snatch, fid-disa’ post fil-klassifika generali clean and jerk u fit-tmien post fil-klassifika ġenerali. Il-ħames refgħat tagħha kienu biżżejjed biex tikser ir-record nazzjonali tagħha stess bi 18 il-kilo.

Thornton kisret wkoll ir-record taż-żgħażagħ tal-Commonwealth b’6 kilos fis-snatch, ħames kilos fil-clean and jerk u t-total b’għaxar kilos. Hija rnexxielha terfa’ fis-snatch 77kg, 79kg u 81kg. Fil- clean and jerk minn 97 kilo refgħet 99 kilo fit-tielet tentattiv . Fi Grupp B temmet qabel Yasmin Quintero tal-Venezuela u Noura Essam Helmi tal-Egittu. F’Heraklion, Tenishia Thornton kienet flimkien mal-kowċ u President tal-Malta Weightlifting Federation Jesmond Caruana. F’Ġunju, Thornton se tikkompeti fil-Kampjonati tad-Dinja taż-Żgħażagħ fil-Messiku kontra atleti skont l-eta’ tagħha fejn għandha tkun aktar kompetittiva.