It-Tnejn filgħaxija, Ronnie O’Sullivan rebaħ is-seba’ kampjonat dinji tas-snooker meta għeleb lil Judd Trump 18-13. B’dan l-unur, Sullivan laħaq lil Stephen Hendry b’seba’ titli.
Hendry jibqa’ l-iżgħar player li rebaħ titlu dinji fejn ddomina għall-aktar minn għaxar snin id-dinja tas-snooker fejn rebaħ ħames titli konsekuttivi. Minn naħa l-oħra, ir-rebħa ta’ O’Sullivan kienet tfisser li sar l-akbar player li rebaħ titlu dinji fl-istorja ta’ Crucible. O’Sullivan sar player professjonali tas-snooker fl-1992 fejn matul il-karriera tiegħu rnexxielu jirbaħ 39 titlu.
//= $special ?>