Lokali

COVID-19: 158 każ ġdid, tmut persuna

Fl-aħħar 24 siegħa … pajjiżna rreġistra 158 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 202 persuni oħra. Biex b’hekk, it-total ta’ każi attivi f’pajjiżna issa naqas għal 3,283

Bejn it-Tlieta  u l-Erbgha tilfet  ħajjitha persuna oħra waqt li kienet pożittva għal dan il-virus sabiex b’hekk it-total ta’ fatalitajiet tal-Covid-19 f’pajjiżna issa żdied għal 703.

Intant, is-Supretendent tas-Saħħa pubblika mat-Times stqarret li minkejja mhux mandatorju li wieħed jagħmel użu minn maskra protettiva fuq it-trasport pubbliku, xorta waħda huwa rrakomandat li tibqa tintlibes. Dan filwaqt li fakkret li l-maskra għadha mandatorju fuq l-ajruplani.

Dwar it-tieni doża ta’ booster kontra l-COVID-19, hija stqarret li din hija rakkomdata li tittieħed minn persuni li għandhom 65 sena jew aktar dan għaliex skont stħarriġ li sar f’ Iżrael juru li dawk li ħadu din id-doża għandhom 78% inqas ċans li jmutu waqt li jkunu pożittivi għall-COVID-19. Il-Professur Charmaine Gauci kompliet tisħaq li minkejja li persuni jieħdu l-vaċċin, xorta waħda hawn individwi li jiżviluppaw sintomi serji u li jispiċċaw jitilfu ħajjithom partikolarmet dawk li jkunu jbatu minn kundizzjonijiet oħra. Iżda minn naħa l-oħra hija kompliet tisħaq dwar l-importanza tal-vaċċin għaliex il-biċċa l-kbira ta’ dawk li jiddaħħlu l-isptar jew inkellha jitilfu ħajjithom minħabba l-COVID-19 huma dawk l-individwi li ma ħadux il-vaċċin.