L-istudju li sar mill-Caritas huwa turija ċara tal-bżonn li rridu nieħdu azzjoni biex nindirizzaw il-faqar .. u naraw li kulħadd ikollu aċċess għall-bżonnijiet bażiċi.
Hekk intqal fl-editorjal tal-Malta Today tal-Erbgħa… illi tefa’ dawl fuq l-istudju importanti preżentat din il-ġimgħa mill-Caritas – fejn joħroġ b’mod ċar illi l-aktar li qed jiġu milquta huma l-anzjani. Dan meta fl-2020… basket b’affarijiet bażiċi għall-anzjani kien jiswa 280 ewro fix-xahar. U issa, dan l-istess basket sar jiswa 350 ewro.
Il-MaltaToday tgħid illi ftit huwa ċ-ċans li s-sitwazzjoni tmur għall-aħjar, speċjalment għal dawk li diġa qed isibuha diffiċli jlaħħqu mal-ħajja ta’ kuljum. U għalhekk hemm bżonn ta’ soluzzjonijiet fit-tul.
Fil-fehma tal-editur….apparti li hemm bżonn li titjieb il-minimum wage…. il-Gvern għandu bżonn jara s-soluzzjonijiet li ħareġ bihom il-Caritas stess; fosthom dawk li jissejħu “no waste food apps” u l-bżonn ta’ aktar Swieq tal-Bdiewa madwar Malta, fejn jinbiegħ prodott lokali bnin u irħis.
Il-MaltaToday tghid ukoll li dawn l-istudji għandhom iservu ta’ tgħalima biex ma’ nkomplux nissagrifikaw aktar artijiet, u ninvestu f’ikel naturali – xi ħaġa li missna li ilna nagħmlu.
Intant, l-editorjal tat-Times ukoll analizza din il-problema u saħaq li is-sezzjonijiet l-aktar vulnerabbli tas-soċjeta tagħna għandhom bżonn iktar sapport long-term u għajnuna finanzjarja. Dan apparti li hemm bżonn ukoll tittieħed azzjoni biex il-faqar ma jimxix minn ġenerazzjoni għal oħra, u għalhekk għandha tingħata aktar għajnuna lit-tfal f’riskju ta’ faqar.
Fuq kollox….it-Times tispjega illi biex inkissru ċ-ċiklu ġenerazzjonali tal-faqar, neħtieġu liġijiet li jagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ biex jevitaw il-konsegwenzi ta’ ikel mhux nutrittiv, id-diffikultajiet fit-tagħlim u fl-imġiba, il-ħiliet u l-aspirazzjonijiet baxxi u l-impjiegi b’pagi baxxi.
//= $special ?>