Lokali Qorti

L-istorja ta’ raġel li kkarga pistola u qal se joqtol lit-tfal

“Idur minn kamra għal oħra wara li mar fi store faċċata tal-flat tiegħu biex iġib pistola u anke xi bullets. Beda jċempel lil mara tiegħu u qalilha li kien se jotqolna kollha. Lil martu beda jgħidilha, li jekk ma tmurx lura d-dar malajr kemm jista’ jkun kien se jispara u wara joqtol lilu nniffsu. F’ħin minnhom hu mar fejn it-tifla ċkejkna tiegħu u qalilha, “din hija l-aħħar darba li se tgħannaqni.”

“Kont imwerwra rajtu b’għajnejha jikkarga l-arma li pponta l-isfel deher mifxul u beda jdur il-kmamar u ċempel lil martu darbtejn. L-ewwel qalilha li kien se jagħtija 30 sekonda ċans, inkella kien se jagħmel dak li kellu jagħmel. Wara qatalha u ftit wara reġa’ ċemplilha u semma; 10 sekondi.”

Din kienu ix-xhieda ta’ waħda mit-tfal li kienet f’appartament f’San Ġiljan f’jum l-Għid flimkien mal-kuġina tagħha u t-tifla żgħira. It-tifla li xehdet fil-Qorti. Hija qalet li lil kuġinta, il-missier li rabbiha beda jgħidilha biex tagħżel bejnu u bejn missieha propja hekk kif huma kienu mwerwrin bl-atteġġament t tiegħu. Sadaniitant f’ħin minnhom huwa għamel il-pistola ma’ rasu u qal ‘bum bum’, qiesu qed jispara.

It-tifla kienet qed tixhed quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo fil-każ ta’ Matthew Sammut ta’ 37 sena mill-Għargħur li qed mixli li hedded bil-mewt b’arma tan-nar tliet t’itfal bniet. Bintu ta’ 10 snin, li tbati bil-kundizzjoni tal-awtiżmu, tifla oħra li hija fostered minnu u l-kuġina tagħha, li hija ukoll ‘fostered’ mill-kuġina tal-mara tal-akkużat u li tagħat ix-xhieda tagħha fil-Qorti.

Huwa qed jiġi mixli wkoll li hedded lil martu bil-fomm u li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq bintu ta’ 10 snin. It-tifla qalet fil-Qorti li dak inhar tal-Għid kienu ħarġu jieklu f’nofs inhar  fej magħha kien hemm kuġinitha u l-mara l-akkużat. Qalet li kuġinta ma rieditx tmur id-dar u riedet tibqa’ barra, għax fejn kienu kien hemm missierha propja u l-familja tiegħu.

Ma damux ħafna u wara marru d-dar u marru fis-sodda biex jorqdu Kien għall-ħabta tal-11.00pm li raqdu. Matul il-lejl semgħu tisbit u tela; Matthew u qabad isabbat mal-biebin, u lil bintu li kien qed irabbi beda jgħidilha biex titlaq il-barra u hi ma riditx, iżda hu baqa jinsisti. It-tifla qalet li ma nafx għaliex riedha titlaq il-barra u ma tafx għaliex kien irrabjat Matthew. Qalet li kuġinta biex tgħidlu li ma rieditx titlaq fid-dlam u qabdilha jdejha u xorta keċċiha .

Ix-xhud kompliet tgħid li huwa qabadha minn xagħra u ħabbatha mal-gwardarobba u beda jixxuttja. Lilha qalilha wkoll biex jekk trid titlaq il-barra magħha u l-kuġina tagħha bdiet tibki. Mill-gallarija beda jgġajjat u qalilha biex iċċempel lill misiserha propja biex jiġi għaliha, u hi ma bdiet tgġidlu xejn. F’ħin minnhom, qalet li kienu semgħu l-bieb tad-dar jinfetħa u ħarbu jiġru.

Waqfu jiġru għax għajjew u spiċċaw f’ħin minnhom fil-komun . Meta daħħalhom ġewwa reġa beda jixxuttja lil kuġintha ,li beda jgħidilha, issa ma tridx tiġri? Qalet li f’ħin minnhom huwa raw lill-akkużat ħiereġ b’ pistola sewda qiesha tal-Pulizija beda jdur quddiemhom u ġab il-bullets. Daħal fi flat ieħor li mhux tad-dar fejn joqgħodu, qiesu store.

U minn hemm issa kien ġab il-bullets li żammhom f’idejh, beda jikkargomn u qalilghom biex jidħlu l-ġewwa għax kienu fil-komun, Kif daġħlu ġewwa qagħdu fejn is-sufan.

Riedha tagħżel bejnu u l-missier bioloġiku tagħha

Hemm kien hemm iż-żgħira tal-akkużat rieqada. Hu il-ħin kollu dieħel u ħiereġ fil-gallarija u jdur u jgħajat u jgħid lill-kuġinta biex jagħżel bejnu u bejn  missierha,. Hija bdiet tgħidlu li ma rieditx tagħżel u bdiet tibki. Wara qabad il-mobile u beda jċempel lil mara , lil qaltlu li daqt kienu se jaslu. Ma qaltlux fejn qiegħda,  u bdeda jdur u jgħajat u jsabbat. Il-mara tiegħu u t-tfal kienu diġa marru d-dar, imma l-mar tal-akkużat kienet spiċċat imkeċċija minn żewġha, li riedha lura.

It-tifla kompliet tgħid li l-arma kien baqa’ jżommha f’idu, Hawn reġa  ċempel lil martu, li minbarra li beda jsemmielha il-‘lover’ qalilha ukoll biex titla u d-dar u ma tisfidaħx għax kien se joqtol lil kulħadd. Qalilha baqalek 30 sekonda, jew inkella…”ma fhimtx eżatt il-kliem imma żgur li kien qed jitkellem fuq qtil, u qatalhA.

Wara 10 sekondi reġa ċempel lil mara u qalilha, “10 sekondi baqalek, u jiena warajom” ,hekk kien  id-diskors. L-arma mbagħad poġġieha fuq bank u sadanittant qamet it-tifla ż-żgħira, li għannqitu u qalilha ‘this is the last time you are going to hug me”.

Ix-xhud qalet li l-akkużat kien jidher maħruq u rrabbjat u kkarga l-arma li semgħeta tfaqqaa’. Lilha u lil kuġina qalilhom biex imorru fil-kamra u huma sakkru l-bieb. Bdew jibżgħu ħafna li jagħmilhom xi ħaġa u kulħadd kien qed jibki. It-tifla ż-żgħira baqgġet fuq is-sufdan u raqdet.” Ittawlna mit-tieqa li tagħti għat-triq u rajna l-Pulizija, ittawlna biex naraw jekk hemmx Matthew, u hawn niżlet tiġri. Kien hemm Pulizija li waqqafa u staqsiha fejn  kien qiegħed Matthew u jekk kienx armat.

Ix-xhud tenniet li meta raw il-Pulizija ħadu r-ruħ. Qalet li kienet qed tirrekordja kollox, liema recording instema’ ukoll fil-Qorti. Qalet li hija nnunat li ma kienx f’burdata tajba. Qalet li r-recording tagħha tista’ tgħid li kien mill-bidu sa l-aħħar tal-azzjoni, u dan sakemm waslu il-Pulizija. Fuq mistoqsija tal-Avukat Jason Azzopardi hija qalet li lit-tifla l-oħra hija rata taqla’ bis-sieq fuq ġembejha.

Fuq mistoqsija tal-Avukat Arthur Azzopardi t-tifla qalet li l-arma kienet żgħira u li l-molla fejn joqgħodu l-bullets rata toħroġ u tidħol. Apparti l-magażin hija ma ratx mollha ħierġa li baqgħet barra. Ix-xhud qalet li kemm il-darba marret mal-familja, nkluż mal-akkużat sa Għawdex u kienet tħobb tmur għandhom. Dwar il-missier naturali tal-kuġina tagħha u fil-post fejn iltaqgħu miegħu, dan kif raha lil bintu beda jgħannaqha.

“Ejja d-dar għax ħa nagħmel dak li għandi nagħmel”

“Ħa nagħmel dak li għandi nagħmel, ejja d-dar. Issa qed nagħtik 30 sekonda ċans inkella biex tiġi lura inkella se noqtol lit-tfal u lili nniffsi.  Il-ħin skadilek biex tiġi d-dar.” Il-mara qalet li huwa dejjem jaħseb ħażin fiha, meta hu stess ilu ma’ mara miżżewwġa mill-Għargħur, li għandha tliet itfal. Il-każ seħħ bejn is-17 u t-18 ta’ Aptil li għadda.

Il-mara ta’ Matthew Sammut qalet li dan kien it-theddid ta’ żewġha meta ċempilha f’jum l-Għid u dan għax kien qed jaħseb li hija kienet f’relazzjoni ma’ missier waħda mit-tfal fostered minnhom.Ix-xhud qalet li hi qatt ma riedet tissepara minn ma’ żewġha, anke meta kienu hi li qalilha li kien se jmur għand avukat biex jinfurmaha dwar dan, xi ħaġa li huwa għamel. Tenniet li hija aċċettat li tibda proċeduri ta’ separazzjoni wara li issa għandha l-provi li huwa minnu li jisab f’relazzjoni ma’ mara oħra.

L-Ispettur John Spiteri u l-Avukat Jason Azzopardi li qed jidher bħala parte civile għall-allegata vittma għamlu diversi domandi lil mara fuq dak li ġara bejn il-Ħadd u t-Tnejn tax-xahar l-ieħor. Spiteri qal lil mara li huwa kien se jistaqsiha fuq l-aħħar inċident u mhux xi inċidenti passati u li mhux se jittieħdu passi kontriha, u għandha ditt li ma tweġibx domandi biex ma tinkriminax lilha nniffisha.

Sitwazzjoni mhux feliċi

Il-mara qalet li ilha 12-il sena f’Ġunju miżżewwġa lill-akkużat. Għandha tifla ta’ 15-il sena , fostered li rabbewha eżatt wara li żżewwġu, u għandhom tifla oħra li hija tagħhom, li għandha 10 snin, li tbatiu bl-awtiżmu. Dwar is-sitwazzjoni matrimonjali tagħha qalet li mhux waħda feliċi. Fid-19 ta’ Jannar li għadda qalet li żewġha telaq mid-dar. Dan wara argment mat-tifla l-kbira,u li hi kienet marret biex tiddefendiha. Hu telaq mid-dar u ħa l-ħwejjeġ miegħu u bagħat irtttra separazzjoni.

“Kelli suspetti li kien ma’ mara oġra mill-Għargħur li għandha tliet itfal u wara li issa għandi l-provi aċċettajt. Kont qed immur għand psikologu, minħabba li kont taħt abbuż għax kull darba ridni ngħidlu fejn mort, u l-ħin kollu jċempel”. Ix-xhud qalet ukoll li f’jum l-Għid marret ‘lunch’ mal-ġentirui u tfal. Magħhom kien hemm ukoll it-tifla tal-kuġina,tagħha, li hija wkoll fostered.

Ftit ilu sar magħruf min huwa l-missier bioloġiku tagħha u dak inhar hi riedet tmur tiltaqa’ miegħu. L-allegata vittma qalet li hi m’aċċettatx, għax tal-Appoġġ kienu qalu li biex  it-tifla tiltaqa’ mal-missier bioloġiku, trid tkun fil-preżenza tal-akkużat u tagħha.

It-tifla kompliet tinsisti u ddeċidiet li teħodha tas-Sliema, imma l-ewwel marru d-dar. Dan kien għall-ħabta tas-7.00 pm fejn iltaqgħu miegħu u għamlu hemm sat-8.30pm.fi stabbiliment. Saret kommunikazzjoni mill-akkużat Matthew Sammut bil-WhatsUp.  

Qalet li wara l-lunch marru d-dar u t-tifla baqgħet ħerqana biex tltaqa’ ma’ missierha tgħidilha u tiffittha għax l-Easter u fl-aħħar ħaditha. Kien xis-6pm li fl-aħħar iddeċidiet li teħodha, marru u ħadu drink u kien hemm il-familjari tal-missier bioliġiku tat-tifla.  Qalet li hija saret taf li żewġha Matthew kien fejn il-ħbieb tiegħu imma ma kienitx taf fejn mar wara.

Jibgħatilha messaġġi

Il-mara qalet li marret id-dar xid-8.45 u żwwġha baqa’ jibgħat il-messaġġi u jgħidilha liu kienet qegħda mal-missier bioloġiku ytat-tifla. Hi u tfal marru jorqdu xil-11.00pm. qamet maħsuda sabet il-biex tal-komun jingħalaq b’saħħa kbira..

Hija qalet li l-bieb tal-kamra tas-sodda iżżommu magħluq u dan ukoll fuq inċident li kien inqala’ l-Ġimgħa ta’ qabel. Tenniet li bejn is-17 u t-18 ta’ April fil-jum tal-in1ident innifsu kien daħal Matthew b’rabja kbira fil-flat, beda jsabbat u ipprova jiftaħ il-bieb fil-kamra.

Qalilha li jaf li kienet iltaqgħet tas-Sliema ma’ missier it-tifla li jismu Ludwig u deher li ma kienx ħa pajċir. U tefagħha l-barra minkejja li kienet bil-piġama. Hija spegat li meta ċempel Matthew fejn qalilha li jekk mhux se tmur id-dar, ħa jispara lit-tfal u lilu nniffsu. Meta waslet f’ħin minnhom rat il-Pulizija. Dawn qalulha biex tieħu t-tifla l-poliklinika minħabba li kienet qalgħet xi swat..Il-mara qalet li żewġħa għandu diversi armi tan-nar.

Hekk kif intemmet il-kawża l-Qorti ddikjarat li jeżitu provi biex Matthew Sammut jitiqiegħed taħt att ta’ akkuża.  Dwar il-libertà proviżorja mitluba mid-difiża mmexxija mill-Avukati Arthur Azzopardi u Franco Debono kien hemm oġġezzjoni minn naħa tal-Avukat Ġenerali minħabba biża ta’ kontaminazzjoni tal-provi. Il-Qorti laqgħġet it-talba fejn l-akkużat infurmaha li kien se joqgħod Ħad-Dingli, li għandu jirrapporta kuljum fl-Għassa tar-Rabat, irid ikun id-dar fid-9pm u ma jistax joħroġ fil-5.00pm. Irid ukoll jagħmel depożitu ta’ 3,000 ewro u garanzija personali ta’ 30,000 ewro.  Il-Qorti ħarġet ukoll orni ta’ protezzjoni favur il-vittmi. L-Ispettur John Spiteri filwaqt li l-Avukat Jason Azzopardi qed jidher bħala parte civile fil-każ. Il-każ ikompli fil-15 ta’ Ġunju li ġej.