Ftit wara li r-Russja invadiet lill-Ukrajna, fl-24 ta’ Frar, l-Unjoni Ewropea kienet issospendiet ix-xandir minn żewġ networks tar-Russi – RT u Sputnik – li joħorġu l-bullettini tal-aħbarijiet bl-Ingliż, bil-Ġermaniż u l-Ispanjol, u li kienu jservu bħala mezzi ta’ propaganda għall-Kremlin.
U issa l-UE għandha tagħmel l-istess lil tlieta mill-akbar xandara tal-Istat Russu li jibbażaw fuq is-satellita, inkella fuq is-servizzi online, tal-cable jew bl-ismartphone.
Ursula von der Leyen qalet li dawn l-istazzjonijiet tat-televiżjoni huma identifikati bħala mezzi tal-media li ‘qed iwasslu l-gideb u propaganda tal-President Russu Vladimir Putin bl-aktar mod aggressiv’
Għalkemm it-tlett networks ma kenux identifikati, qed ikun allegat li dawn jinkludu l-istazzjonijiet Rossiya u RTR Planeta tal-operatur VGTRT ( tal-Istat Russu).
L-UE, intant, qed taħseb ukoll biex timponi projbizzjoni għas-servizzi mill-Ewropa lill-kumpanniji tar-Russja bis-sehem tal-accountants, avukati u konsulenti speċjalizzati.
//= $special ?>