Ir-Russja ma tilfitx ħin biex twieġeb għall-aħħar pakkett tas-sanzjonijiet ‘storiċi’ fil-konfront tagħha. Dan fost stennija li Moska għandha toħroġ pakkett ta’ ‘kontro-sanzjonijiet’ matul il-jiem li ġejjin.
Dmitry Peskov, il-kelliem għall-President Putin, qal li din l-azzjoni tal-UE għandha titqies bħala ‘sikkina li taqta’ miż-żewġ naħat’ u li fost oħrajn ‘għandha tħalli wkoll impatt għaċ-ċittadini tal-Ewropa’.
Peskov wissa li ‘dawn iċ-ċittadini ( Ewropej) se jispiċċaw jerfgħu l-piż ta’ dawn is-sanzjonijiet minn ġurnata għall-oħra’ u li l-Kremlin, bħalissa, qed iħares lejn ‘id-diversi għażliet quddiemu’ biex jgħinuh jirritalja għall-miżuri tal-Ewropa.
Dan meta l-Unjoni Ewropea, sallum, qed tixtri kważi nofs il-prodotti tal-petroleum u żejt mhux irraffinat li tipproduċi r-Russja –b’dawn il-flus, bażikament, qegħdin jiffinanzjaw il-gwerra attwali ta’ Vladimir Putin fuq il-poplu Ukren.
//= $special ?>

