Internazzjonali

Il-Kummissjoni Ewropea trid embargo fuq iż-żejt

Ir-Russi jeqirdu 3 power stations fil-belt Ukrena ta' Lviv

L-Unjoni Ewropea preżentat is-6 pakkett ta’ sanzjonijiet fil-konfront ta’ Moska – fost l-oħrajn, embargo fuq iż-żejt fuq perijodu ta’ sitt xhur, u sanzjonijiet fuq l-istazzjonijiet televiżivi Russi. L-Ewropa trid ukoll tissanzjona lill-Kap tal-Knisja Ortodossa Russa.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen preżentat dan il-pjan tal-Kummissjoni waqt li l-Erbgħa filgħodu indirizza il-Plenarja tal-Parlament Ewropew – laqgħa preseduta minn Roberta Metsola.

Bħala tweġiba għall-atroċitajiet li qed jitwettqu fil-Lvant tal-Ewropa, il-Kummissjoni trid ukoll tpoġġi sanzjonijiet fuq diversi uffiċjali militari, politiċi Russu u qraba tagħhom. Dan jinkludu lill-mara u t-tifla tal-kelliem għall-Kremlin, Dmitry Peskov.

Intant, fl-aħħar sigħat, ir-Russi attakkaw mill-ġdid il-belt ta’ Lviv. Fl-attakki, intlaqtu 3 power stations fiz-zona, b’rużultat li kien hemm blackout totali fil-villaġġi tal-madwar.