Fil-Bernabeu f’partita oħra drammatika kienu Real Madrid li għamluha għall-finali tal-UEFA Champions League b’rebħa ta’ 3-1 wara l-ħin barrani fuq Man City. B’hekk fil-finali tat-28 ta’ Mejju se jkunu qed jiltaqħqu kontra Liverpool fi Stade de France f’Pariġi. Man City marru fil-vantaġġ fit-73 minuta meta Bernardo Silva żmarka lil Riyad Mahrez li b’xutt b’saħħtu għeleb lil Courtois għal 1-0. Biex hekk kif kollox deher li Man City se jgħaddu għall-finali Real Madrid skorjaw darbtejn f’temp ta’ żewġ minuti, fid-90 u fil-91 minuta, b’żewġ gowls ta’ Rodrygo, biex sforzaw il-ħin barrani. Biex fil-95 minuta Real Madrid ingħataw penalty għal foul ta’ Ruben Dias fuq Karim Benzema, bil-Franċiż mill-11-il metru ma jiżbaljax għal 3-1.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Ilbieraħ: Villarreal v Liverpool 2-3 (2-5), Illum: R.Madrid v Man City 3-1 (6-5)
//= $special ?>