Sport Waterpolo

Sliema jitħabtu iżda jżommu l-vantaġġ fuq San Ġiljan

(Ritratt: Timmy Cutugno)
Marsaskala jibqgħu jittamaw fl-Ewwel Diviżjoni

Rapport: Stewart Said

Kollox baqa’ kif inhu qabel l-aħħar konfront ta’ bejniethom. Sliema Frank Salt ħallew lil San Ġiljan Mercury Towers tliet punti warajhom biex b’hekk jinsabu punt bogħod mir-rebħ tal-kampjonat, edizzjoni li ilha ma ssir mill-2019 minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Sliema kellhom lura lill-kowċ regolari Beto Fernandez kif ukoll lil Jamie Gambin wara staġun ma’ Lazio fl-Italja. Is-Slimiżi ma kellhomx partita faċli, mertu ta’ Sirens Mecca Marin li għamlulhom il-ħajja diffiċli kemm setgħu.

Wara li fallew żewġ man-ups, Sliema fetħu l-iskor b’gowl minn man-up ta’ Liam Galea, b’Dino Zammit jirdoppja. Reazzjoni minn Sirens li bejn l-ewwel u t-tieni sessjoni, dawru l-vantaġġ għal 3-2, iżda Matthew Mifsud wieġeb mill-ewwel minn penalty u Kieyan Borg daħħal lis-Slimiżi jistrieħu fil-vantaġġ.

It-tielet sessjoni kienet botta u risposta bejn it-tnejn, b’Sirens inaqqsu d-distakk għal gowl fi tliet okkażjonijiet, b’Jerome Gabarretta jagħmilhom 8-6. L-istess Gabarretta u Dino Zammit fl-aħħar sessjoni għalqu l-logħba, b’Sirens jibqgħu xorta jissieltu sal-aħħar.

Fil-logħba ta’ qabilhom, San Ġiljan ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Birżebbuġa Freeport. Il-Ġiljaniżi kellhom lill-kowċ il-ġdid Zeljko Kovacic fuq il-bank, għalkemm it-tim kien immexxi minn Silvio Borg.

Il-Ġiljaniżi mill-ewwel urew l-intenzjonijiet tagħhom u fetħu vantaġġ bikri ta’ tliet gowls permezz ta’ doppjetta mix-Xellugi Matthew Zammit u Ben Plumpton. Dan għamilha iktar diffiċli għal Birżebbuġa, madankollu naqqsu l-iżvantaġġ għal 5-3 sal-bidu tat-tieni sessjoni. Iżda r-reazzjoni ta’ San Ġiljan kienet mill-aqwa, b’ħames gowls kważi kull minuta u daħlu jistrieħu 10-3 minn fuq.

Birżebbuġa pruvaw jidħlu fil-logħba b’żewġ gowls fil-bidu tat-tielet sessjoni iżda San Ġiljan irrepplikaw b’żewġ gowls oħra fl-aħħar parti tas-sessjoni. Bir-riżultat deċiż, San Ġiljan baqgħu jamministraw fl-aħħar sessjoni.

SLIEMA FRANK SALT………. 12

SIRENS MECCA MARIN…… 8

(2-1), (2-2), (4-3), (4-2)

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (2), L. Galea (2), D. Rizzo, M. Meli, B. Cachia, J. Cutajar, M. Mifsud (1), J. Brownrigg, K. Borg (1), Z. Mizzi, D. Zammit (6), A. Theuma, J. Saliba, J. Gambin

Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan, J. Sciberras, J. Zerafa Gregory (2), G. Farrugia (1), M. Chircop, I. Riolo (1), J. Napier, M. Cutajar (2), M. Sciberras (1), M. Azzopardi (1), O. Gauci, K. Agius

Referees: Massimo Angileri, Peter Balzan

SAN ĠILJAN MERCURY ………. 15

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……… 7

(5-2), (5-1), (2-2), (3-2)

San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg (1), A. Galea (3), N. Schiavone, R. Caruana, M. Zammit (5), M. Ortoleva (2), D. Tully, J. Bonavia, N. Zammit (2), D. Zammit (1), N. Bugelli, G. Vassallo, B. Plumpton (1), D. Fero

Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia (1), N. Cassar, B. Grech, C. Mifsud, R. Mock, G. Mannino (3), D. Cutajar, S. Bezzina, K. Tanti (1), R. Spiteri (1), M. Curmi, M. Vassallo, D. Incorvaja, G. Sammut (1)

Referees: Ronnie Spiteri, Neville Mercieca

Marsaskala jibqgħu jittamaw fl-Ewwel Diviżjoni

TA’ XBIEX AMIGOS…………… 7

M’SKALA FISH AND FISH… 15

(1-3), (1-5), (2-3), (3-4)

Marsaskala Fish and Fish għamlu dak mistenni minnhom fi sfida għar-rebħ tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Huma għelbu meritatament lil Ta’ Xbiex u jinsabu tliet punti taħt Valletta qabel l-aħħar konfront tas-Sibt, proprju kontra l-Beltin. Rebħa għal Marsaskala tisforza decider.

Għajr l-ewwel mumenti tal-logħba, Marsaskala dejjem kienu fil-vantaġġ. Wara li Edward Meli wieġeb għall-gowl ta’ Gerald Sammut, Marsaskala fetħu vantaġġ ta’ 6-1 u 8-2 sa tmiem it-tieni sessjoni.

B’distakk li għamilha diffiċli għal Ta’ Xbiex biex jidħlu fil-logħba, Marsaskala komplew jikkontrollaw il-logħba, bil-kowċ Arpad Babay jutilizza wkoll il-gowlkiper żagħżugħ Aidan Muscat.

Fl-aħħar sessjoni, Ta’ Xbiex naqqsu d-distakk għal 11-6 b’gowls ta’ Basti Attard Littschwager u Jamie Pace Mizzi. Marsaskala wieġbu b’erba’ gowls konsekuttivi għal 15-6, b’Zak Cutajar Licari jnaqqas id-distakk lejn it-tmiem.

Ta’ Xbiex: R. Coleiro, C.J. Saliba, E. Aquilina, J. Pace Mizzi (2), E. Meli (1), S. Engerer, Z. Cutajar Licari (1), J. Cassar, E. Schembri (2), B. Attard Littschwager (1), P. Tabone, J. Chircop, Z. Dzanovic

Marsaskala: J. Micallef, A. Camenzuli, P. Privitera (1), R. Greco (2), G. Galea, K. Navarro (2), M. Manara, D. Pace Lupi (2), G. Sammut (4), J. Ciantar, M. Carani (2), A. Muscat, L. Falzon (1), C. Mercieca (1)

Referees: Richard Magri, Stefan Licari

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa

L-Ewwel Diviżjoni

Otters v Ta’ Xbiex        6.30pm

Kampjonat Premier

Birżebbuġa v Exiles     7.35pm