L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qed tikkalkula li l-pandemija tal-Covid-19 ikkaġunat l-imwiet ta’ kważi 15-il miljun persuna madwar id-dinja.
Din iċ-ċifra ġdida tirrappreżenta l-ekwivalenti ta’ 13 fil-mija ta’ imwiet ‘aktar’ milli mistenni fuq perjodu ta’ sentejn.
Il-WHO temmen li ħafna pajjiżi għaddew ħażin jew ħarġu ċifri ‘anqas’ tal-pazjenti li mietu b’riżultat tal-Covid u fejn kienu rappurtati biss mal-5.4 miljun mewta.
Ir-rapport qed jgħid li fl-Indja waħedha kien hemm 4.7 miljun mewta mill-Covid — daqs għaxar darbiet aktar miċ-ċifra uffiċjali ta’ dan il-pajjiż. L-ammont tal-imwiet fl-Indja jammonta wkoll għal kważi terz tal-imwiet mill-Covid fuq bażi globali.
Iżda l-Gvern Indjan qed jikkuntesta din l-evalwazzjoni fost ‘it-tħassib’ dwar il-metodoloġija użata. Intant, hu minnu li studji oħrajn waslu għal konklużjonijiet simili dwar l-iskala tal-imwiet bil-Covid fid-diversi reġjuni tal-Indja.
//= $special ?>

