Internazzjonali

IL-Gwerra tal-Ukrajna: Simulazzjoni ta’ missila li tista’ iġġorr in-nukleari

Ir-Russja qalet li l-qawwiet tagħha, fl-aħħar sigħat, wettqu eżerċizzju ta’ simulazzjoni għal attakki bil-missili li kapaċi jġorru n-nukleari. L-azzjoni seħħet fiz-zona ta’ Kaliningrad, fil-Baħar l-Iswed, u li tinsab bejn il-Polonja u l-Litwanja – it-tnejn Stati-membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministeru tad-Difiża f’Moska rrefera għal taħriġ li kien jinvolvi ‘it-tlugħ tal-missili bis-sistemi elettroniċi’ u fejn intużaw mobile systems għall-missili ballistiċi tat-tip Iskander bil-kapaċità għall-warheads nukleari.

Is-sistema Iskander kapaċi twassal missila fuq distanza ta’ 700 kilometru u li kapaċi tilħaq miri fid-diversi bnadi tal-Ewropa – bil-belt ta’ Berlin (fil-Ġermanja) tissemma bħala ‘eżempju’ . Intant, Kaliningrad tinsab aktar minn 300 kilometru ‘il bogħod mir-Russja u tista’ jintlaħaq biss mill-art permezz ta’ pajjiż-membru tal-UE.