Kampjonat Bank of Valletta Irġiel – FINALI
Colin Schembri
Mellieħa Libertas 74
Starlites Fijo 92
(17-23)(18-23)(18-22)(21-24)
Mellieħa Libertas: A. Wrighten 24, M. Falzon 3, N. Vasovic, I. Bonett 7, M. Seldon 20, C. Briffa, M. Azzopardi, CJ Cordina 20, N. Sultana, L. Tanzini.
Starlites: A. Felice Pace 21, I. Azzopardi, I. Felice Pace 10, M. Fabri 3, L. Riolo, M. Scerri, J. Bates 19, L. Farrugia 3, K. Xuereb 2, R. Carabott, J. Haynes 12, M. Thomas 22.
Referees: Daniela Torok, Florentina Ciurariu, Nicky Azzopardi
Starlites Fijo ħadu t-tieni rebħa fis-serje finali tal-kampjonat Bank of Valletta biex issa jinsabu biss rebħa ‘l bogħod mir-rebħ tal-kampjonat għal dan l-istaġun. It-team ta’ Mellieħa qiegħed ikollhom waqtiet imħallta fil-parita fejn f’mumenti jibdew jagħġġlu fil-logħba tagħhom u jsofru l-fast break tal-avversarji. Għalkemm ta’ min jgħid li kien biss fl-ewwel taqsima li huma kienu minn fuq għal xi waqtiet. In-nuqqas tal-players Vukassin Jandric u Nenad Bukva wkoll qiegħed jinħass f’mument hekk kruċjali tal-istaġun. Minn naħa l-oħra Starlites qiegħdin juru logħob sabiħ bil-barranin Jacob Bates u Myles Thomas jispikkaw flimkien mal-players lokali.
L-ewwel punti tal-partita ġew minn Mellieħa li fetħu l-partita b’ħames punti fosthom trippla kollha mill-Amerikan Austin Wrigten. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet minn żewġ trippli ta’ Alec Felice Pace u basket ta’ Bates biex dawwru r-riżultat. Mellieħa żammew il-pass b’aktar trippli minn CJ Cordina u Wrighten però Starlites ma baqgħux lura u kellhom it-three pointers minn Thomas, Ian Felice Pace u Bates biex temmew l-ewwel sessjoni 23-17 minn fuq. It-tieni taqsima fetħet b’ħames punti minn Isaac Bonett għal Mellieħa qabel ma Starlites għamlu run ta’ 10-2 kollha minn Bates u Thomas biex fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 35-26, F’din it-taqsima, Malek Seldon ta’ Mellieħa kkometta r-raba’ foul tiegħhu u kellhu jinbidel għalkemm kien hu li għamel l-aħħar baskets tal-Mellieħa. Starlites komplew bi tlett trippli oħra minn Alec Felice Pace u Louie Farrugia bit-taqsima tagħlaq bit-three pointer ta’ Wrighten għal skor ta’ 46-35.
Wara l-intervall, kellna lil Mellieħa jersqu viċin wara punti kontinwi minn Cordina flimkien ma’ Miguel Falzon u naqqsu d-distakk għal 5 punti 47-52. Starlites irkupraw u reġa’ kien Alec Felice Pace li bdielhom run ta’ 13-5 bi trippla flimkien ma’ ħuh Ian u Jamiah Haynes għal skor ta’ 68-53. Fl-aħħar taqsima, Starlites fetħu vantaġġ massimu ta’ 26 punt wara li bdew b’run ta’ 13-2 li għalquha bi trippla ta’ Miguel Fabri, 81-55. Mellieħa tħabtu biex jerġgħu jidħlu fil-partita hekk kif iż-żewġ Amerikani bejniethom għamlu run ta’ 11 -il punt kontra l-erbgħa ta’ Starlites però l-vantaġġ tat-team immexxi minn Paul Ferrante kien wieħed sostanzjali li setgħu jikkontrollaw sat-tmiem u jerbħu l-partita 92-74.
It-tielet partita: Il-Ħadd 8 ta’ Mejju; 15:45
//= $special ?>