Raġel mill-Mali nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti, fuq akkużi ta’ ħruq u kkaġuna ta’ ħsara kriminali fil-konfront tal-Gvern. Aboubakar Diakite ta’ 32 sena mill-Mali, residenti fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Hal Far tressaq il-Qorti quddiem il-maġistrat Donatelle Frendo Dimech, akkużat mill-Ispettur Doriette Cuschieri li ta n-nar f’parti miċ-ċentru għall-ħabta ta’ nofsinhar nhar il-Ħamis, 5 ta’ Mejju.
In-nirien li rriżultaw ikkawżaw ħsara konsiderevoli liċ-ċentru, ingħad fi-qorti, iżda fortunatament, ħadd ma weġġa’. L-Avukat Charmaine Cherrett, tassisti lill-imputat bħala avukat tal-għajnuna legali, wieġbet f’isem il-klijent tagħha, mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Hija nformat lill-qorti li f’dan l-istadju ma kinitx qed tintalab il-libertà proviżorja.
//= $special ?>