Lokali

App ġdid sabiex titnaqqas il-ħela tal-ikel

‘Save the Food’ huwa l-isem ta’ Mobile App ġdida li se tgħin sabiex titnaqqas il-ħela tal-ikel.

Din l-App, li saret minn Soup Kitchen bl-għajnuna tal-Kunsill tal-Volontarjat, se tkun tista’ tintuża minn diversi NGO’s. L-għan tagħa huwa sabiex l-istabblimenti kummerċjali kif ukoll bejjiegħa tal-frott u l-ħaxix jagħti b’donazzjonli dawk il-prodotti li ma jkollhomx aktar bżonnhom iżda li jkunu għadhom tajbin sabiex jintużaw.

Id-Direttur Fr Marcellino Micallef fakkar kif il-binja ta’ Soup Kitchen li tinsab fil-Belt Valletta, twaqqfet f’Awwissu li għadda fejn minn dawk iż-żmien sal-lum, il-ħolm tagħhom kompla jikber. Saħaq li l-faqar illum il-ġurnata qed ikun ikkawżat mis-sistemi soċjali nnifishom fosthom il-ħela. Kien għalhekk li Soup Kitchen bdiet taħdem sabiex titnaqqas din il-ħela fl-ikel.

Madwar id-dinja kull sena jkun hemm 88 miljun tunnellata ta’ ikel li jispiċċa mormi… li jammonta għal 143 biljun ewro.  Pajjiżna jaħli madwar 22% ta’ ikel fis-sena jew 180kg kull persuna. Dan hekk kif madwar id-dinja kollha hemm 88 miljun persuna li qed ibatu l-ġuħ.  

Fr Marcellino reġa’ tenna l-bżonn li f’pajjiżna jkun hawn emergency shelter… għax jekk persuna ma jkollhiex saqaf fuq rasha… tkun tilfet l-identità tagħha.

Soup Kitchen ta’ kuljum tipprovdi ikla lil dawk il-persuni li jinsabu għaddejjin minn diffikulatijiet f’ħajjithom. Permezz tal-ħidma imprezzabbli tagħha, Soup Kitchen tgħin sabiex ittaffi ftit mid-diversi tbatijiet li jkunu għaddejjin minnhom dawn il-persuni li wħud minnhom m’għandhomx xogħol u lanqas saqaf fuq rashom.