Matthias Mizzi
SLIEMA WANDERERS …… 0
BALZAN ……………………..1
Sliema W.: R. Al Tumi, A. Muscat, J. Morales, M. Scerri (I. Gui 83’), E. Agius, D. Hola, M. Piciollo (A. Samb 83’), O. Linton, J. Goncalves (D. Formston 89’), D. Vukovic, V. Berisha
Balzan: R. Briffa, A. Loof, M. Grima, M. Duric, P. Fenech, N. Gulan (G. Camilleri 58’), M. Zlatkovic, S. Juleiman (N. Frendo 76’), M. Mijic, B. Kaljevic, S. Cipriott
Skorjaw: D. Suleiman 34’
Imwissija: O. Linton 38’, M. Duric 39’, S. Cipriott 50’ , J. Goncalves 54’, V. Bersiha 59’, B. Kaljevic 78’
Referee: Stefan Pace
Assistenti Referees: Luke Portelli & Duncan Spencer
Il-Mument Plejer tal-Logħba: S. Jalu (BLZ)
BOV Plejer tal-Logħba: S. Jalu (BLZ)
Balzan isalvaw posthom fil-Kampjonat BOV Premier meta fit-Tony Bezzina Stadium huma għelbu lit-tim relegat Sliema Wanderers. Bl-istaġun ta’ Balzan ikun ikaratterizzat minn ħafna nżul u tlajja dan ir-riżultat meritat, kif ukoll it-telfa ta’ Santa Lucia kontra Valletta ssodisfa t-tamiet tat-tim immexxi mill-assistent Alejandro Pantoja.
Balzan ħarġu mal-ewwel fuq l-offensiva permezz ta’ kontrattakk veloċi minn Bojan Kaljevic bil-konklużjoni tiegħu kienet waħda fqira. Huma reġgħu marru viċin meta fit-13-il minuta Milos Mijic dendel kross lejn Milan Duric bid-daqqa ta’ ras tiegħu ġiet imdawra f’corner minn Al Tumi. Il-goalkeeper Slimiż Al Tumi reġa’ kien strumentali bejn il-lasti meta ħames minuti wara salva free-kick dirett mogħti minn Duric. Ftit wara n-nofsiegħa logħob Balzan sarrfu l-isforzi tagħhom f’gowl meta Suleiman Jalu f’ħarba mill-aqwa ppenetra d-difiża u tefa’ l-ballun f’lasta vojta.
L-ewwel nofsiegħa logħob ta’ ftuħ it-tieni taqsima kienu kwieti iżda kulma kompla jmur Balzan komplew jiddominaw biex fit-72 minuta xutt mid-distanza ta’ Milan Duric intlaqa’ ċentralment mill-goalkeeper Slimiż. Tlettax-il minuta wara d-difiża ta’ Sliema dawret f’corner free-kick insidjuż mogħti minn Duric li faċilment seta’ jibqa’ dieħel fil-lasta. Il-kumplament tal-partita kompliet f’ħafna logħob wieqaf biż-żewġ timijiet ftit li xejn resqu lejn il-lasti avversarji.
//= $special ?>