Lokali

Bi ġrieħi gravi wara argument fis-Siġġiewi

Il-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħaż-Żebbuġ qegħdin jinvestigaw allegat argument li seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-09:00, fi Triq Dun Anton Vella, is-Siġġiewi.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-argument seħħ bejn tliet persuni, raġel ta’ 59 sena residenti Ħal Tarxien u żewġt irġiel ta’ 34 u 43 sena li joqgħodu s-Siġġiewi stess.

Ir-raġel ta’ 59 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Iż-żewġt irġiel l-oħra ttieħdu fl-eqreb Ċentru tas-Saħħa u kienu ċċertifikati bi ġrieħi ħfief.


Huma qed jinżammu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin